Il-Mument ta’ l-Ghawdxin
Ninu Attard (Il-Bukacc)
27-1-2007
Gheziez hbieb Maltin tieghi
Il-lum mhux it-turn taghkom
Ghax dak li nwieghed irrid naghmlu
Dak li wghedt ha ninfurmaghkom
Pero’ biex tisimghu l-lejla
Xorta mar-radju ersqu vicin
l-informazzjoni hija hafifa
Dan li wghedt lil Ghawdxin
Ħafna hbieb Ghawdxin ghandi
Fuq il-poeziji gie li tkellemna
Staqsewni kemm il-darba
Meta xi wahda ser tghamlilna.
Mieghi m’hemmx bzonn appuntamenti
Ninu biex jaqdi mill-piz hadt
Ħbieb fl-Awstralja u Ghawdex
Minnhom ma kont nieqes qatt.
Poezija fuqkom sejjer naghmel
Naf li biha tiehdu pjacir
Mhux ghax intom hbieb tieghi
Imma jixirqilhom kull tifhir.
Minhabba l-ispiral u t-terrimoti tad-dinja
Kellna nigu mifrudin
Fuq mitejn miljun sena ilu
B’hekk fuq zewg gzejjer Maltin.
Ta’ kull darba li zort Ghawdex
Iz-zjariet ghadhom memorja
Gzira b’erbatax ir-rahal
U l-belt tghahhom il-Victoria.
Ukoll infridna minn Kemmuna
Minn Filfla u Kemmunett
Imma fuq l-Ghawdxin hbieb tieghi
Sejjer ikun dan is-suggett.
Kemm irgiel u anke’ nisa
Guvintur u xebbiet
Sal-lum bqajt naghmilha maghhom
Ghax ma kienu ta’ nkwiet.
Iktar ma’ z-zmien jghaddi
Iktar kibbret il-hbieberija
Il-maggjoranza huma bil-ghaqal
Ma tantx issib jghixu bl-akkarija.
Mill-knejjes m’humiex nieqsa
Mill-bajjiet u toroq ta’ indafa
Il-verta’ qieghed nistqarr
Minn Ghawdex hargu nies ghorriefa.
Xi Ghawdxin go Malta itghallmu
Lahqu tobba, professuri u vukati
Ghalliema fl-iskejjel, qassisin u isfqijiet
Pulizija, kunsilli u kandidati.
Ghalkemm ghad fadal hafna
U la tahsbux li nqerdu
Siefru ghall-futur taghhom
B’hekk mad-dinja nxterrdu.
Fuq ta’ l-Awstralja nghid xi haga
Ghax taghhom qieghed qrib
Ilkoll naf x’isarrfu
Biex taghhom ghadni habib.
F-affarijiet ta’ serjeta’
Nies li tavdahhom nghid ghalija
Finanzjalment jew xi sigriet
Ghax issib minnhom bl-irgulija.
L-Awstralja wliedhom marru l-iskola
F-kulleggi u universita’
Swielhom gid dak li jtaghllmu
U qedin igawwdu l-prosperita’.
Min tghallem xi snajja jew karriera
Minn l-ewwel sab ix-xoghol
Min ha negozzju ghal-rasu
U ssib min baqa’ haddiem ukoll.
Fl-ixtut baqa’ hafna minnhom
Kemm lavranti u mghallmin
Skrivani jew delegati
Victoria Dock gie f-idejn l-Ghawdxin.
F’habib antik qieghed niftakar
Li bhali huwa sincier
Fl-Awstralja u Ghawdex
Ghax lilu ghamlu kavalier.
Kemm f’Melbourne u anke Sydney
Issib fil-korp tal-puluzija pajzana
Neguzzjanti xi sindku kantanti
Ghannejja u kitariti fl-ghannejja
Min b’xi farm tal-bejjhem jew hxejjex
Fabbriki ta’ produzzjoni differenti
Min f’transport jew xi hwienet
U ghall-ghixien kollha prudenti.
U dawk li fiz-zmien kibbru
Li mix-xoghol irtiraw
Minn dawn naf hafna minnhom
Kull tant lil xulxin naraw.
Min jghaddi z-zmien fil-gardina
Tad-dar jiehdu hsieb il-mantinament
Jew jqbaghad namur ta’xi haga
Imbasta ma joqghodx idilment.
Id-dar dejjem isibu x’jaghmlu
Waqfu mix-xoghol ghamlu zbal
Jiehdu l-mara tixtri ddum zemzem
Jew joqghodu bit-tfal.
Pero’ hemm ohrajn differenti
Li ma-milja taz-zmien addattati
Membri f’xi klabbijiet tal-baned
U anke jidhlu fil-kumitati.
Qieghed nirreferi ghal irgiel u nisa
Li fuqhom kienu l-inkjesti
Kwazi f’kollox jiehdu parti
Anke ma’ l-ghaqdiet tal-festi.
Bhal tan-Nadur San Pietru u San Pawl
U San Gwann tax-Xewkin
Santa Marija tal-Vitorja
U l-ghaqda San George tar-Rabtin.
San Guzepp l-ghaqda tal-Qala
Ix-Xaghra t-twelid tal-Vergni Marija
U San Lawrenz F’rahalitu
l-Ghasri. Il-festa ta’ l-Ewkaristija
Il-Funtana l-Qalb ta’ Gesu
U San Pawl tal-Munxar
L-Gharb iz-zjara tal-Madonna
Dal-miraklu kien sar.
F’Ghajnsielem il-Madonna ta’ L-Oreto
Tas-Sakkors ta’ Kercem l-akkost
Iz-Zebbug Santa Marija
Santa Margerita Sannat il-post.
Dawn kienu l-ghaqdiet tal-festi
Nispera li huma korrett
Xtaqt insemmihom
Biex ikunu fis-suggett.
F’kaz li insejt xi ghaqda jew festa
Tort sa barra la ittunix
Fuqhom ghamilt inkjesta hafifa
U Ghawdxi bhalkom jien miniex.
Kemm fil-punent u n-North Sunshine
Hafna hbieb Ghawdxin insib
Li mir-religjon m’humiex nieqsa
Kwazi kollha b’simbolu tas-salib.
Bhali jhobbu jaghtu l-ghajnuna
Huma cajtiera u ta’ serjeta’
B’kuxjenza safja u pura
U ma jidbedux mil-karita’.
F’klabbijiet ta’ l-anzjani
Habbrieka bhal Maltin
Biex dawk l-anzjani bhalhom
Izzommuhom kuntenti u ferhanin.
Ma sibt xejn x’nghid kontrihom
B’hekk hadd ma jharissli bi c- ciera
Ghad ikellkom l-innu Ghawdxi
La diga’ ghandkom il-bandiera.
Nahseb li daqshekk bizzejjed
Ghax qed isir il-hin
Ta’ min ukoll nghidilkom
Viva l-hbieb taghna l-Ghawdxin.
|