future events
   
 

Qalb l-Emigrant
by
Raymond Gatt
9/1/06

Ejjew hbieb aghtuni wieden
La darba hawnhekk qieghdin
Halli tisimghu din l-istorja
Taghna l-emigranti Maltin

Jekk tistaqsi l’kull min emigra
Stampat f’mohhu baqa’ l-hsieb
Meta halla l-Malta taghna
Tal-familja qraba u hbieb

Tiftakru gew iwasslukhom
Ghall-mitjar jew Port il-Kbir
Jekk intom gejtu bil-bahar
Jew biex temigra sattir

Meta dhaltu hdejn id-dwana
Taht is sur fejn il-vapur
Kull ma’ tisma’ lfieq u biki
Dmugh w imkatar fejn id-dur

Ragel liebes l-uniformi
Jghidlek biex tmur fir-ringiela
Ghal biex tghaddi l-bagalji
Daqt it-tarag tibda tiela’

Issa il-qalb qeghda tinafas
Ghax waslet l-ahhar tghannieqa
U fit-tnejn il-qalb tinqasam
Bicca ferh u l-ohra dieqa

Id-dieqa warajk x’se thalli
Familjari, qraba w hbieb
In-nannu ma jiflahx jigi
Xejjirlek minn wara il-bieb

Il-girien b’idejk johdulek
U jaghtuk il-bon voyage
Taqtax qalbek terga’ tigi
Biex jghamlulhekk il-kuragg

Hbieb qalbi m’hiex maqtugha
Maqsuma ezatt minn nofs
Dawk li huma emigranti
Jafu ezatt x’jien inhoss

Warajja it-tradizzjoni
Dak li naf u trabbejt fih
Meta nitla’ lis-skaluna
Naf li warajja se nhallieh

Il-festa tal-belt jew rahal
Ghalkemm fqir kemm kont ferhan
San Martin morna ghall-fiera
Forsi nirbhu xi dundjan

Morna il-buskett ghall-Imnarja
Bil-ghana issir serata
Jew il-port f’jum il-Vitorja
Biex insegwu ir-regatta

Il-Milied toroq imzejna
Praseppji kollha pasturi
F’kull tieqa Bambin imzejjen
Gulbiena  qamh w’anke fjuri

Gimgha Kbira vari mill-isbah
Mit-toroq kollha ghaddejjin
Statwi sbieh hwejjeg mill-aqwa
Tpaxxu Maltin u barranin

Maqsuma qalbi inhalli
Il-festi tal-karnival
Karrijiet brijju w sfillati
Kullhadd ilibbes it-tfal

Issa insemmi il-bahar Malti
Bih kburin w anki ferhana
Tmur gurnata fejn il-bahar
Minn fuqek tnehhija s-shana

Jew tidhol il-belt Valletta
Tiehu xi hobza biz-zejt
Bl-incova w il-kappar fiha
Ghidli aktar jien x’sa nghid

Tmur tiehu xi zewg pastizzi
Qassata jew xi timpana
Inkella xi bicca torta
U ravjul irrid tuzzana

Hallejna  wrajna  veduti
L-isbah li l-ghajnejn jgharaw
Eluf ta’ turisti jigu
Biex bi gmielhom jitpaxxaw

Mil-barrakka qieghed nittawwal
Is-swar mal-port imdawrin
Dak il-bahar bid-djamanti
Kemm jhobbna il-Bambin

Jew tasal wasla l-Imdina
Qabel jasal iz-zernieq
Ix-xemx minn fuq il-belt tiela’
Ninsa dan qatt ma ninsieh

Fil-knejjes u l-katidrali
Qniepel doqqu ghall-wiednejn
Imbaghad tidhol tara gewwa
Ċassati jibqghu l-ghajnejn

Arti sagra u palazzi
Storja ta’ l-egubijiet
Tempji tal-hagar antiki
Ta’ mill-eqdem zmienijiet

Xi nghidu ghall-poplu taghna
Ghalkemm zghir int poplu kburi
Il-Mulej kemm iharissna
Imhabbtek lejh ghandhekk turi

Issa isimghu n-nofs l-iehor
Tas-sema kemm henn ghalina
Wassalna f’din l-art imbierka
l-Awstralja nfittxu l-xortina

l-Awstralja bhal omm hanina
Bir-ragun jiena inhobba
Bhal dik l-omm li adottjatna
U laqghatna gewwa hobna

Jigu hawn mid-dinja kollha
Biex ifittxu l-futur
Ma’ kullhadd hi generuza
Bhala m’hawnx fid-dinja zgur

Hekk hija l-qalb maqsuma
Li jghatuk zewg ommijiet
Wahda kultura w’irsinek
L-ohra futur u wlied

L-Awstralja mbierka mis-sema
Bil-gid u l-prosperita’
Opportuni ghan-nies tal-hiedma
Fratellezza u karita

U xi nghidu ghan-natura
Ibhra u foresti kbar
Annimali ta’ kull xorta
Ghasafar mil-kbar u zghar

Dezerti kbar w’oxxijani
Muntanji, wieden u xmajjar
Skoll b’gmiel ma tarax bhalu
Xtut imramla kbar w’ghadajjar

Ghana dan is-sabih kollhu
U zgur ma jonqosna xejn
Kif tkun wahdek f’naqra mahsba
Hemm qalbek taqsam fi tnejn

Tghid bejnek u tghid bejn ruhek
X’kien jigri li Malta bqajna
Forsi din kienet xortina
Li l-Awstralja emigrajna

Imma ahna l-emigrajna
Go qalbna inhossu wgiegh
Ghax kuntenti fejn ninsabu
Imma li nhobbu hallejnieh

Mela hbieb iftakkru f’Malta
Nitlobkom la tinsewhiex
L-Awstralja gid ghamlitilna
Nitlobkom la tmaqdruhiex

O’ Mulej li int fis-sema
Harstek zomm fuq l-art Maltija
Minn hawnhekk inserrah rasi
Naf minn hsiebek m’hix minsigha

U ghal din l-art Awstraljana
Naghmillek l-istess kumment
Berikha zommha taht harstek
Lil din il-gzira kontinent

 
 
Visitors
Home | Contacts | Privacy Policy | Disclaimer | Login
© Maltese Connections 2009